MI2025 - MI Malta

Go to content
KONSAGRAZZJONI
Verġni bla tebgħa, Omm tiegħi Marija,
jiena nġeddidlek illum u għal dejjem
il‑konsagrazzjoni tiegħi nnifsi,
sabiex inti tiddisponi minni għall‑ġid tal‑erwieħ.
Biss nitolbok, Sultana tiegħi u Omm il‑Knisja,
li jiena naħdem bil‑fedeltà miegħek,
għall‑miġja mixtieqa
tas‑Saltna ta’ Ġesù Kristu fid‑dinja.
Noffrilek, għalhekk, o Qalb bla tebgħa ta’ Marija,
it‑talb, l‑għemil u s‑sagrifiċċji ta’ dan il‑jum...

INTENZJONIJIET 2025
Fit-VIII ċentinarju tal-Għanja tal-Ħlejjaq
“Tinsiex li l-qdusija mhix fil-ħwejjeġ straordinarji,
iżda f’li tagħmel tajjeb id-dmirijiet tiegħek lejn Alla,
lejk innifsek u lejn l-oħrajn”
(Mill-kitbiet ta’ San Massimiljan).
JANNAR
Sabiex fil-Ġublew ta’ din is-sena rwieħna jsiru dejjem aktar jixbhu lilek.
FRAR
Sabiex kull għemil tagħna jiġi mill-imħabba għal Alla u għall-proxxmu u jġib il-paċi.
MARZU
Sabiex dawk kollha li ilhom ma jduqu l-ġid tas-sagrament tar-Rikonċiljazzjoni jagħżlu, f’din is-sena Ġubilari, li jesperjenzaw il-ferħ li tpoġġi ruħek f’idejn il-ħniena ta’ Alla.
APRIL
Sabiex il-morda u dawk li jbatu ma jiddubitaw qatt mill-qawwa tat-talb waqt li jafdaw dejjem fik.
MEJJU
Sabiex dawk ta’ bla xogħol isibu impjieg u l-ħaddiema jagħrfu li l-ħidma tagħhom ta’ kuljum hija t-triq lejn il-qdusija.
ĠUNJU
Sabiex inħobbu dejjem aktar is-sagrament tal-Ewkaristija u nixhdu l-qawwa tal-bidla li jagħtina.
LULJU
Sabiex infittxu mhux li nitfarrġu daqskemm li nfarrġu, mhux li nkunu mifhuma daqskemm li nifhmu, mhux li nkunu maħbuba daqskemm li nħobbu.
AWWISSU
Sabiex iż-żgħażagħ jiskopru għal xiex Alla qiegħed isejħilhom u jkunu kapaċi jitħejjew sewwa għal din is-sejħa.
SETTEMBRU
Sabiex nieħdu ħsieb il-ġmiel tad-dinja bħala don tal-Ħallieq.
OTTUBRU
Sabiex il-missjunarji jkollhom ħafna mħabba u saħħa biex jippritkaw l-Evanġelju f’kull rokna tad-dinja.
NOVEMBRU
Sabiex nitmexxew minnek f’kull sitwazzjoni, issa u fis-siegħa tal-mewt tagħna.
DIĊEMBRU
Sabiex l-Avvent u l-Milied ikunu żmien biex nidħlu fil-fond tar-relazzjoni tagħna miegħek u ma’ Ibnek Ġesù.

O Marija, imnissla mingħajr dnub, itlob għalina,
li niġu għandek u għal dawk li għandek
ma jiġux, l‑aktar għall‑għedewwa tal‑Knisja Mqaddsa
u għal dawk li huma fdati lilek.
Back to content